Seventeen ITS Lecturers Graduate from the Haaga-Helia University of Applied Science of Finland

 

 

During a Graduation Ceremony held at the Mediterranean Conference Centre, 17 Institute of Tourism Studies (ITS) lecturers have successfully graduated with a Bachelor Degree in International Hospitality Management from the Haaga-Helia University of Applied Sciences in Finland.

Starting from an agreement between ITS and the mentioned University back in 2015, ITS lecturers will not only achieve a Bachelor Degree but will also continue onto a Masters Degree with the same University. All costs are being paid for by the Institute of Tourism Studies, with an investment of over €350,000 for the institute’s academic staff. The lecturers started their Bachelor degree studies in the beginning of 2016, which was concluded this summer. They will start their Masters Degree in January 2018, and finish their studies by end of 2020, short just a year from the new ITS campus in Smart City. All these advancements where discussed by with the Malta Union of Teachers.

ITS CEO Mr Pierre Fenech, stated that “It is not only good that we invest in our infrastructure, but even more important that we invest in our human resources, namely our academic staff. This is the way forward for ITS as we will not only offer a state of the art institute but also top academic staff who will train students to become top reputable workers in the Hospitality Tourism Industry which is consistently growing.”

President and CEO of Haaga-Helia University Dr Teemu Kokko said, “On behalf of Haaga-Helia University of Applied Sciences I’m extremely pleased and happy that today 17 ITS teachers will receive their Bachelor of International Hospitality Management degree certificates. They have been working very hard according to the high Finnish educational standards. There are many other ongoing projects between Haaga-Helia and ITS. The world needs more handshakes like this." 

Minister for Tourism, the Hon Dr Konrad Mizzi stated, “Investment in the Institute’s academic staff is necessary in order to be able to reach the Government’s aim of developing the Institute of Tourism Studies into a World Class international educational institution in the field of hospitality and tourism studies. The institute aims to expand its operations from a locally focused campus that caters for around 700 local students to an international campus. The Minister announced that plans for the Smart City campus will be unveiled in the coming weeks.”

 

5th December 2017

 

*                             *                                    *                                  *        

 

Għalliema tal-ITS jiggradwaw mill-Haaga-Helia University of Applied Science tal-Fillandja

Waqt ċerimonja ta' gradwazzjoni mtella' fiċ-Ċentru Mediterranju għall-Konferenzi fil-Belt Valletta, 17-il għalliema u għalliema mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi iggradwaw b'suċċess u kisbu Bachelor Degree in International Hospitality Management mill-Università Haaga-Helia University of Applied Sciences in Finland.

Grazzi għal ftehim li sar bejn l-ITS u Haaga-Helia lura fl-2015, l-għalliema li ggrdwaw illum mhux biss kisbu Bachelor's Degree imma se jkunu wkoll qegħdin ikomplu bl-istudji biex jiksbu Masters Degree mill-istess università. L-ispejjeż għal dawn l-istudji qegħdin jitħallsu mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi b'investiment ta' €350,000 fit-tkattir tal-kapaċitajiet tal-istaff. Dawn l-għalliema se jibdew il-Masters tagħhom f'Jannar 2018 u mistennija jispiċċaw sa tmiem l-2020,sena qabel li l-ITS mistenni jimxi lejn il-kapus il-ġdid tiegħu fi Smart City. Dawn l-avvanzi kollha kienu wkoll diskussi mal-Għaqda Maltija tal-Għalliema.

Il-Kap Uffiċjal Eżekutti tal-ITS, is-Sur Pierre Fenech qal li "huwa tajjeb li mhux biss ninvestu fl-infrastruttura imma wkoll u aktar importanti li ninvestu fir-riżors uman tagħna, primarjament fl-istaff akkademiku. Din hija t-triq 'il quddiem għall-ITS hekk kif se nkunu qed noffru mhux biss istitut tal-għola livell imma anke staff akkademiku mill-aqwa li se jħarreġ lill-istudeni tagħna biex dawn isiru ħaddiema tal-aqwa livell fl-industrija tal-ospitalità u t-turiżmu, li kull ma jmur qiegħda tikber.

Il-President u CEO ta' Haaga-Helia University Dr Teemu Kokko qal li "f'isem Haaga-Helia University of Applied Sciences jiena kuntent u kburi li llum dawn is-17-il għalliem tal-ITS rċevew dan il-Bachelor of International Hospitality Management. Naf li ħadmu ħafna hekk kif jitolbu l-istandards ta' tagħlim fil-Fillandja. L-ITS u Haaga-Helia għandhom ħafna proġetti oħrajn li se jkuknu qed jaħdmu fuqhom flimkien. Id-dinja tagħna għandha bżonn aktar kollaborazzjonijiet bħal dawn."

Tkellem ukoll il-Ministru għat-Turiżmu Dr Konrad Mizzi li qal li "l-investiment fl-istaff akkademiku tal-ITS huwa tajjeb u bżonnjuż biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Gvern li jiżviluppa lill-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'istituzzjoni ta' klassi dinjija f'dan il-qasam. L-għan tal-istitut huwa li jespandi l-operat tiegħu minn organizzazzjoni li tħares lejn is-suq lokali u li tilqa' mas-700 student għal kampus internazzjonali." Huwa saħaq ukoll li l-pjanijiet għall-kampus tal-ITS fi Smart City se jkunu qed jiġu żvelati fil-ġimgħat li ġejjin.

 

5 ta' Diċembru 2017

ITS - Malta (Main Campus)  
Aviation Park, Aviation Avenue
Ħal Luqa LQA 9023  
Malta - EU 

ITS - Gozo
Triq l-Isqof Buttigieg,
Qala QLA 1042, 
Gozo

JoomShaper