A Maltese Day in the UK held by ITS Students

Five Diploma students currently on internship at The Celtic Manor Resort in Wales organised a Maltese day, including typical Maltese dishes for 300 of their colleagues.

 

The Celtic Manor Resort culinary department has entered into a collaboration with ITS Malta and have welcomed their first interns in June 2017 for a one year placement. During this time the students have been exposed to seven kitchens throughout the resort, gaining valuable experience in different cuisines and restaurants.

During a visit in Malta, Executive Head Chef at the Celtic Manor Resort Mr Michael Bates said that, ‘As part of the placement, we decided to challenge the students with a Maltese Day - appointing a head chef for the day, with the other students doing different sections. They were all involved in the planning, ordering, recipes and delivery of the day. It was a huge success, and enjoyed by all 350 internal guests attending the lunch. Everyone was very complimentary of the food, and now the event will be in confirmed date in the calendar for future students.’

ITS CEO, Mr Pierre Fenech stated that ‘I’m very happy to hear that our students are doing well during their placement and we are glad that we have even more students who will be undertaking their internship at the Celtic Manor Resort, and not only in the Culinary department but also in the service department.'

14th May 2018

 

*                           *                                     *                               *

 

5 studenti tal-ITS isajru ikel Malti għal 300 ruħ fir-Renju Unit

 

Ħames studenti tal-ITS sajru ikla tipika Maltija lil 300 kollega tas-Celtic Manor Resort f’Wales, ir-Renju Unit.  Dan hekk kif id-dipartiment kulinarju ta’ din il-kumpanija Ingliża qed jikkollabora mal-ITS fi skambju ta’ studenti biex jiksbu sena esperjenza f’lukanda fir-Renju Unit.

Fi stqarrija maħruġa mill-ITS jingħad li matul il-perjodu ta’ taħriġ fir-Renju Unit, l-istudenti Maltin qed ikunu esposti għal seba’ kċejjen li hemm fil-lukanda biex jiksbu esperjenza jsajru fi kċejjen u restoranti differenti.  Fi żjara f’Malta, l-Executive Head Chef ta’ Celtic Manor Resort Michael Bates qal li bħala parti mill-esperjenza li qed jieħdu l-istudenti Maltin ingħataw sfida biex jorganizzaw Jum Malti li matulu kellhom isajru bosta riċetti għal 350 mistieden.  Qal li kulħadd għoġbu l-ikel Malti u l-avveniment se jitnaqqax fil-kalendarju biex fil-futur l-istudenti jagħmlu l-sfida simili.

Il-Kap Eżekuttiv tal-ITS Pierre Fenech qal fl-istqarrija li jinsab sodisfatt bis-suċċess miksub mill-istudenti fir-Renju Unit li qed jaqtgħu figura tajba mhux fit-tisjir biss, iżda wkoll f’dipartimenti oħra.

 

14 ta' Mejju 2018

ITS - Malta (Main Campus)  
Bajja San Gorg  
San Giljan STJ 3300  
Malta - EU 

ITS - Gozo
Triq l-Isqof Buttigieg,
Qala QLA 1042, 
Gozo

JoomShaper