Climate-friendly travel scholarships offered by the Institute for Tourism Studies

 

 

  

Press release by the Ministry for Tourism and Consumer Protection 

At a press conference at the Gozo Campus of the Institute for Tourism Studies, Minister for Tourism and Consumer Protection Julia Farrugia Portelli launched the government’s continuous effort towards climate-friendly travel through 30 scholarships aimed at mitigating climate change.

These scholarships are for a new online diploma in climate-friendly travel and are piloted by the ITS and SUNx Malta. These are aimed mostly towards countries affected greatly by climate change. Earlier this year this diploma was offered free of charge to Maltese, Gozitan, and European students.

This diploma is the first of its type and will train students to support businesses in the travel and transport industry in adjusting their operations towards the goal of becoming carbon neutral, in the face of the global challenge of climate change.

Minister Julia Farrugia Portelli lauded the ITS’s efficiency in operating throughout the pandemic that has enabled the launch of these 30 scholarships. She stated that whilst travel and tourism are crucial, these activities have to be done in a way that reduces as much as possible the environmental impact. The minister said that as from October, the ITS and SUNx through the new diploma will start training in this delicate and world-recognised important subject.

“Through these scholarships and this institute of climate-friendly travel Malta is committing itself in this sector and has become a global centre for climate-friendly travel,” stated Minister Julia Farrugia Portelli.

Gozo Minister Clint Camilleri said that the Diploma in Climate-Friendly Travel is not only the being offered from the Gozo Campus for the first time, but it is also the first time that an accredited course like this is being offered internationally. Minister Camilleri stated that, “As Gozitans, we’re honoured that this institute shall operate from Gozo and I urge all Gozitans to apply for this course and other courses offered by the ITS.” The Gozo Minister continued saying that tourism is essential for Gozo and courses related to tourism are crucial for more young people to specialise in sectors deeply important to Gozo, whilst continuing training for the future.

Professor Geoffrey Lipman, President of SUNx Malta and former Secretary-General of the UNWTO, stated in a virtual address that “we formed a team of around 25 deeply-informed lecturers on the subject, to provide online interactive lessons in this diploma. This will help them for future climate-friendly jobs in transport and sustainable hospitality, to be policymakers for governments or destination management. They will discover why it is essential to have climate-friendly travel and to do our part in the global response for the existing climate crisis. They shall also learn to consider the transformation of the travel and tourism sector in light of the UN Sustainable Development Goals, the European Green Deal and the Paris Climate Accord. In the next 10 years, every travel and tourism business and the community will shift towards climate-friendly travel, whether it is through informed decisions, consumer pressure or government regulations. It is why those career opportunities will multiply greatly,” stated Professor Lipman.

Interested applicants may register for this scholarship on https://www.thesunprogram.com/climate-friendly-travel-diploma.

Those interested in this programme and would like further information on the scholarships are invited to log on to www.its.edu.mt.

Present for the launch were Deputy ITS Chairman Carlo Micallef, Director of Studies Professor Glen Farrugia, ITS Gozo Administration Head Jesmond Borg and Hans Friederich, board member of SUNx Malta

 

1st September 2020

 

* * * *

 

Boroż ta’ studju mill-ITS għad-Diploma fl-Ivjaġġar favur il-Klima - Stqarrija mill-Ministru għat-Turiżmu u l-protezzjoni tal-Konsumatur

 

Waqt konferenza stampa fil-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) fil-Kampus tal-Qala, Għawdex, ilMinistru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli ħabbret l-impenn kontinwu tal-gvern lejn l-ivjaġġar favur il-klima permezz tat-tnedija ta’ 30 boroż ta’ studju ffukati fuq it-trattament tat-tibdil fil-klima. Il-boroż ta’ studju huma għal diploma onlajn ġdida fl-ivvjaġġar favur il-klima li qed titmexxa mill-ITS u minn SUNx Malta u huma mmirati lejn dawk il-pajjiżi l-iktar affettwati mill-bidla fil-klima. Dan wara li aktar kmieni din is-sena l-kors għal din id-diploma kien diġà ġie offrut b’xejn lir-residenti mill-UE, Maltin u Għawdxin.

Din id-diploma, li tnediet aktar kmieni din is-sena, hija l-ewwel waħda tat-tip tagħha u se tħarreġ lill-istudenti kif jappoġġaw kumpaniji fl-industrija tal-ivjaġġar u tat-trasport biex jagħmlu l-bidliet meħtieġa ħalli jsiru newtrali għall-karbonju, fid-dawl tal-isfida globali attwali tal-bidla fil-klima.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli faħħret lill-ITS għall-mod effiċjenti li baqgħet tmexxi bih matul il-pandemija biex saħansitra llum qed inniedu dawn it-30 borża ta' studju. Hija qalet kif filwaqt li t-turiżmu u l-ivjaġġar huma kruċjali jeħtieġ li jsiru b’mod sabiex kemm jista’ jkun jitnaqqas l-impatt ambjentali. Il-ministru fakkret li hekk kif f’Ottubru li ġej Malta flimkien malITS u SUNx, permezz tad-Diploma fl-Ivjaġġar favur il-Klima, se tkun tiskatta t-taħriġ f’dan issuġġett tant delikat u rikonoxxut mad-dinja kollha. “Bit-tnedija ta’ dawn il-boroż ta’ studju Malta se tkun qed tkompli timpenja ruħha f’dan il-qasam hekk kif permezz tal-ftuħ aktar kmieni din is-sena ta’ dan l-istitut ġewwa l-ITS, saret iċ-ċentru globali tal-ivjaġġar favur ilklima”, sostniet il-Ministru Farrugia Portelli.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li d-Diploma fl-Ivjaġġar favur il-Klima, li mhux biss għall-ewwel darba se jingħata mill-Kampus tal-ITS ta’ Għawdex imma hija wkoll l-ewwel darba li qed jingħata kors akkreditat ta’ din ix-xorta b’mod internazzjonali. Qal li, “Huwa ta’ unur għalina l-Għawdxin li dan l-istitut se jibda jopera minn ġewwa Għawdex u għalhekk inħeġġeġ lill-Għawdxin sabiex japplikaw għal dan il-kors kif ukoll korsijiet oħra li qed joffri l-ITS.” Il-Ministru għal Għawdex temm jgħid li t-turiżmu huwa essenzjali għall-gżira Għawdxija u korsijiet bħal dan relatati mat-turiżmu jkomplu jgħinu sabiex aktar żgħażagħ jispeċjalizzaw f’setturi li huma tant importanti f’Għawdex. Dan filwaqt li jkomplu jitħarrġu għaż-żmien li ġej.

Il-Professur Geoffrey Lipman, il-President ta’ SUNx Malta u eks assistent Segretarju Ġenerali tal-UNWTO f’kollegament virtwali qal, “Għaqqadna madwar 25 għalliem li huma l-aktar infurmati dwar is-suġġett, biex jagħtu lezzjonijiet onlajn interattivi f’dan il-programm ta’ Diploma fl-Ivvjaġġar favur il-Klima. Dan jgħin biex iħejjihom għall-impjiegi favur il-klima fit-trasport u l-ospitalità sostenibbli, jew forsi għall-iżvilupp tal-politika tal-gvern, jew għallimmaniġġjar tad-destinazzjoni. Huma se jiskopru għaliex irid ikollna vjaġġar favur il-klima, biex nagħtu sehemna fir-rispons globali għall-kriżi fil-klima eżistenti. Se jitgħallmu jikkunsidraw it-trasformazzjoni tas-settur tal-ivjaġġar u t-turiżmu fl-oqsma li qed jevolvu talGħanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-Ġnus Magħquda, Europe’s Green Deal u Paris Climate Agreement.

“Nemmnu li matul l-għaxar snin li ġejjin kull kumpanija tal-ivjaġġar u t-turiżmu u l-komunità se jagħmlu l-bidla lejn vjaġġar favur il-klima, kemm jekk permezz ta' għażla infurmata, pressjonijiet tal-konsumatur jew regolament tal-gvern. Għalhekk l-opportunitajiet tal-karriera se jimmultiplikaw b’mod qawwi”, temm jgħid il-Professur Lipman.

Applikanti interessati jistgħu jirreġistraw għall-borża ta’ studju fuq https://www.thesunprogram.com/climate-friendly-travel-diploma

Individwi li huma interessati f’dan il-programm u jixtiequ jiksbu aktar informazzjoni għal din il-borża ta’ studju, jistgħu jidħlu fuq www.its.edu.mt.

Preżenti kien hemm ukoll id-Deputat Chairman tal-ITS Carlo Micallef, id-Direttur tal-Istudji l-Prof. Glen Farrugia, il-Kap tal-Amministrazzjoni tal-ITS f’Għawdex Jesmond Borg u Hans Friederich, membru tal-board SUNx Malta.

 

1 ta' Settembru 2020

 

 

 

 

ITS - Malta (Main Campus)  
Aviation Park, Aviation Avenue
Ħal Luqa LQA 9023  
Malta - EU 

+356 2379 3100

ITS - Gozo
Triq l-Isqof Buttigieg,
Qala QLA 1042, 
Gozo

+356 2379 3400

JoomShaper