Record student Intake at ITS - Certificate of Trust in the Tourism Sector

 

 

During the official opening ceremony which was aired online, the Institute of Tourism Studies (ITS) opened the academic year 2020-2021. This year, the institute has recorded its highest intake to date. When compared to the previous year, the institute recorded a 22.2% increase and a 136% increase from the academic year 2018-2019.

The highest increase in new applications may be seen most notably in the Bachelor’s degree and Master’s degree programmes, which have 316 students. The institute has also received a high number of applications for the newly launched programmes; the Diploma in Climate Friendly Travel, the Bachelor of Science in Diving Safety Management and the Preparatory Course for the Bachelor in Culinary Arts, with 61 applications spread across the three programmes.

Out of all the full-time students, 25% are foreigners from 67 different nations. Some of these students will be following their lectures online, due to Covid-19 related travel restrictions. This is thanks to the heavy investment in the ITS technological infrastructure, which will also be used by all other students as certain lectures may be attended in a hybrid way of learning.

Minister for Tourism and Consumer Protection Minister Julia Farrugia Portelli attended the official opening of the academic year and addressed the students. The Minister welcomed the highest registered intake by ITS and said that these numbers confirm the importance that the hospitality and tourism industry has in the Maltese islands. “The high number of applications in higher level courses also reflect the government’s vision, that of elevating the industry’s offering with a more quality tourism,” sustained Minister Farrugia Portelli.

ITS CEO Pierre Fenech said that, in a new normal, ITS has opened its doors to even more students this year. He stated that the institute has worked hard over the past months to prepare for the campus opening, with new protocols in place which have been already been tested with success during the September recovery sessions.

ITS student council president Chris Mercieca addressed the students by saying that they are all here because they have faith in the future of the tourism industry of the Maltese islands and they want to assure that they are prepared once the tourism industry is up and running normally again.

ITS Chairman Carlo Micallef said that; “In the past months, we've had to change the way we learn, work and socialise. We also experienced fear, as bad news about the pandemic and its effects on people's health and welfare dominated headlines. Challenges, however, create opportunities to be innovative and enterprising. It is this culture that ITS promotes with its students. Let's make treasure of the difficulties we face to be stronger and better prepared for the future. ITS will continue to lead the way supporting its students achieve the levels of excellence needed for Malta and Gozo's tourism industry after Covid-19.”

At the end of the ceremony, Minister Farrugia Portelli walked around the campus and spoke to several students who were in the classrooms. At this time, the Minister took the opportunity to also meet a number of students who were participating in the lecture virtually through the online system. This is thanks to the protocols put in place by ITS administration, with a number of students following lectures virtually on rotation and others given the option to choose whether to follow their lecture on campus or online, so as to limit the number of students in a classroom.

 

5th October 2020

 

* * * *

 

Rekord ta’ Studenti fl-ITS - Ċertifikat ta’ Fiduċja fis-Settur Turistiku 

 

In-numru ta’ applikazzjonijiet reġistrati mal-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) għas-sena akkademika 2020-21, li bdiet uffiċjalment illum, il-5 ta’ Ottubru 2020, huwa wieħed rekord. Meta mqabbel mas-sena preċedenti, dan jirrifletti żieda ta’ 22.2% u żieda ta’ 136% fuq is-sena akkademika 2018-2019.

L-ogħla żieda ta’ applikazzjonijiet ġodda tidher fil-programmi ta’ Baċellerat u tal-grad ta’ Masters. Bejniethom, dawn għandhom 136 student. L-ITS irċieva wkoll numru sostanzjali ta’ applikazzjonijiet għall-programmi li għadhom kif tnedew; id-Diploma fl-Ivvjaġġar Favur il-Klima, il-Baċellerat tax-Xjenza fl-Immaniġġjar tas-Sigurtà tal-Għadds u l-Kors Preparatorju għall-Baċellerat f’Arti Kulinarja, b’61 applikazzjoni mifruxin fuq it-tliet programmi.

Madwar 25% tal-istudenti full-time huma barranin li ġejjin minn 67 pajjiż differenti. Uħud minn dawn l-istudenti se jkunu qegħdin isegwu l-lezzjonijiet tagħhom online minħabba restrizzjonijiet tal-Covid-19 relatati ma’ vjaġġar. Dan seta’ jsir b’riżultat ta’ investiment qawwi fl-infrastruttura teknoloġika tal-ITS, li se tintuża wkoll mill-istudenti l-oħra kollha billi ċerti lezzjonijiet jistgħu jkunu segwiti b’mod virtwali.

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli attendiet għall-ftuħ uffiċjali tas-sena akkademika tal-ITS u indirizzat lill-istudenti. Il-Ministru laqgħet b’sodisfazzjon il-fatt ta’ żieda daqstant sostanzjali fin-numru ta’ applikazzjonijiet ġodda. Hija ddeskriviet dan bħala konferma tal-importanza li l-industrija tal-ospitalità u t-turiżmu għandha fil-gżejjer Maltin. “In-numru sostanzjalment akbar f’korsijiet ta’ livell għoli jirrifletti wkoll il-viżjoni tal-gvern li jgħolli l-livell tal-industrija b’turiżmu ta’ iktar kwalità,” sostniet il-Ministru Farrugia Portelli.

Il-Kap Eżekuttiv tal-ITS, Pierre Fenech, qal li f’din in-norma ġdida, l-ITS din is-sena fetħet il-bibien tagħha għal aktar studenti. Fix-xhur li għaddew, l-ITS ħadem ħafna biex jipprepara għall-ftuħ tal-kampus bi protokolli ġodda, li diġà ġew ittestjati b’suċċess matul is-sessjonijiet ta’ rkupru li saru matul Settembru li għadda.

Indirizza wkoll lill-istudenti l-President tal-Kunsill tal-Istudenti Chris Mercieca. Huwa qal li dawn iż-żgħażagħ għażlu l-ITS għax għandhom tama qawwija fil-futur tal-industrija tat-turiżmu tal-gżejjer Maltin u jridu jassiguraw lilhom infushom li jkunu preparati tajjeb ladarba l-industrija tat-turiżmu tiġi lura għan-normal.

Carlo Micallef, Chairman tal-ITS, qal li l-pandemija wasslet biex kellhom jiddaħħlu bidliet fil-mod ta’ kif nitgħallmu, naħdmu u nissoċjalizzaw waqt li d-dinja kienet qiegħda tesperjenza l-effetti fuq saħħet il-bniedem u fuq il-benesseri tiegħu. Huwa żied jgħid li, madankollu, minnhom infushom l-isfidi joħolqu opportunitajiet dwar kif wieħed jista’ jkun innovattiv fl-attitudnijiet tiegħu. Hija din ix-xorta ta’ kultura li l-ITS qiegħed jippromwovi mal-istudenti tiegħu, filwaqt li jinstigahom biex jittrasmettu d-diffikultajiet f’għodda li tagħmilhom aktar preparati u aktar f’saħħithom għall-futur. “L-ITS se jkompli jkun fuq quddiem fl-għajnuna lill-istudenti tiegħu biex jgħinhom jilħqu levelli ta’ eċċellenza, livelli li l-industrija turistika f’Malta u Għawdex se jkunu jeħtieġu għal wara l-Covid-19,” qal iċ-Chairman tal-ITS.

Fi tmiem iċ-ċerimonja, il-Ministru Farrugia Portelli ddawret mal-kampus u tkellmet ma’ diversi studenti li kienu fil-klassijiet. F’dan il-ħin, il-Ministru ħadet l-opportunità biex tiltaqa’ wkoll virtwalment ma’ numru ta’ studenti li kienu qegħdin jipparteċipaw fil-lezzjonijiet bis-sistema online. Dan wara li l-amministrazzjoni tal-ITS implimentat protokolli biex ikun limitat in-numru ta’ studenti fil-klassijiet. Numru ta’ studenti qed jingħataw il-lezzjonijiet b’mod virtwali fuq sistema ta’ rotazzjoni, filwaqt li oħrajn ingħataw l-għażla li jattendu għal-lezzjonijiet fuq il-kampus jew isegwuhom online.

 

5 ta’ Ottubru 2020

 

 

 

 

ITS - Malta (Main Campus)  
Aviation Park, Aviation Avenue
Ħal Luqa LQA 9023  
Malta - EU 

+356 2379 3100

ITS - Gozo
Triq l-Isqof Buttigieg,
Qala QLA 1042, 
Gozo

+356 2379 3400

JoomShaper