Following consultation with students, ITS postpones its graduation ceremony.

 

All graduates will still be provided with their certificate via Blockchain technology.

The Institute of Tourism Studies (ITS) has postponed its graduation ceremony from the traditional first Monday of December to the first half of 2021.

 

The Institute consulted with all students expected to graduate this December and provided two possibilities. One, to have the graduation planned according to the Health Authorities guidelines, which would mean that the students would not be able to graduate with their family & friends in the ceremony. The second option was to postpone the graduation to the first half of 2021, permitting that regulations are eased according to the COVID-19 situation at the time. The majority of students preferred the second option, that to postpone the graduation so they would be able to celebrate this milestone with their family & friends when health regulations permit events of this kind.

Although the graduation ceremony will be held next year, the students will still receive their certificate via Blockchain. This is thanks to the infrastructure the Institute has in place, via Hyland Credentials, where all graduates are provided with a blockcert. This means that students have their certificate easily accessible from their IT devices online, which they may securely share with future employers.

The Institute was the first to provide the blockcerts to all its graduates three years ago, something which now has proved as a positive move at the time, given the current circumstances. The Blockchain certificates are being issued in the coming days and both the blockcert and the printed certificate will be stamped with the initial graduation date, that of the 7th of December. Students who would require their transcripts for work purposes, would be able to collect them from the Registrar’s Office as from the 7th of December 2020. 

ITS would like to congratulate all the students for their achievement.

 

 11th November 2020

 

* * * *

 

Wara konsultazzjoni mal-istudenti, l-ITS tipposponi ċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni.

Il-gradwati kollha xorta se jingħataw iċ-ċertifikat tagħhom permezz tat-teknoloġija Blockchain.

  

L-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) ippospona ċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni tiegħu mid-data tradizzjonali tal-ewwel tnejn ta’ Diċembru; għall-ewwel nofs tal-2021.

L-Istitut ikkonsulta mal-istudenti kollha mistennija jiggradwaw f’Diċembru u pprovda żewġ possibbiltajiet. Waħda, li jkollom il-gradwazzjoni ppjanata skont il-linji gwida tal-Awtoritajiet tas-Saħħa, li jfisser li l-istudenti ma jkunux jistgħu jiggradwaw mal-familja u l-ħbieb tagħhom fiċ-ċerimonja. It-tieni għażla kienet li tkun posposta l-gradwazzjoni għall-ewwel nofs tal-2021, u tippermetti li r-regolamenti jittaffew skont is-sitwazzjoni tal-COVID-19 ta’ dak iż-żmien. Il-maġġoranza tal-istudenti ppreferew it-tieni għażla, dik li tkun posposta l-gradwazzjoni sabiex ikunu jistgħu jiċċelebraw dan il-pass importanti mal-familja u l-ħbieb tagħhom meta r-regolamenti tas-saħħa jippermettu avvenimenti ta' dan it-tip.

Għalkemm iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni se ssir is-sena d-dieħla, l-istudenti xorta ser jirċievu ċ-ċertifikat tagħhom permezz tal-Blockchain. Dan grazzi għall-infrastruttura li l-Istitut għandu f’postu, permezz ta’ Hyland Credentials, fejn il-gradwati kollha jingħataw blockcert. Dan ifisser li l-istudenti ser ikollhom iċ-ċertifikat tagħhom aċċessibbli faċilment mill-istrumenti tal-IT tagħhom onlajn, li jistgħu jaqsmu b'mod sigur ma' min iħaddem.

L-Istitut kien l-ewwel wieħed li pprovda l-blockcerts lill-gradwati kollha tiegħu tliet snin ilu, xi ħaġa li issa rriżulta bħala pass pożittiv, minħabba ċ-ċirkostanzi attwali. Iċ-ċertifikati tal-Blockchain qed jinħarġu fil-jiem li ġejjin u kemm il-blockcert kif ukoll iċ-ċertifikat stampat se jkunu ttimbrati bid-data tal-gradwazzjoni inizjali, dik tas-7 ta’ Diċembru. Studenti li jkunu jeħtieġu t-traskrizzjonijiet tagħhom għal skopijiet ta’ xogħol, ikunu jistgħu jiġbruhom mill-Uffiċċju tar-Reġistratur mis-7 ta’ Diċembru 2020.

L-ITS jixtieq jifraħ lill-istudenti kollha għall-kisba tagħhom.

11 ta’ Novembru 2020

 

 

 

 

ITS - Malta (Main Campus)  
Aviation Park, Aviation Avenue
Ħal Luqa LQA 9023  
Malta - EU 

+356 2379 3100

ITS - Gozo
Triq l-Isqof Buttigieg,
Qala QLA 1042, 
Gozo

+356 2379 3400

JoomShaper